Il-għaqda ‘LE b’Rispett Lejn il-Ġejjieni’ qed jitwaqqaf minn grupp ta’ żgħażagħ: ġuvintur u tfajliet, ħaddiema u studenti minn kull sfera tas-soċjeta’ Maltija, bil-għan li jitwassal quddiem l-elettorat Malti wiċċ realistiku tad-diversita’ żgħażugħa fil-pajjiz li qed jipproponu li f’Malta ma tidħolx il-ligi tad-divorzju.

Din id-deċiżjoni trid tittieħed, għalhekk huwa importanti li dawk iż-żgħażagħ kollha li fil-fond ta’qalbhom jaħsbuha bħalna, nhar it-28 ta’ Mejju joħorġu jivvutaw u jivvutaw LE.

Il-motivazzjonijiet individwali li wasluna biex nieħdu dan il-pass, li nitkellmu u nsemmgħu leħinnha, huma imsejsa fuq l-effetti Ekonomiċi, Soċjali u Legali li jinħolqu hekk kif id-divorzju ssir ligi.

Tuesday, May 24, 2011

Parir Taljan

Riċenti Massimo Introvigne kiteb ittra bit-titlu “Lettera di Massimo Introvigne agli amici di Malta sul divorzio” ittra li ġibdet l-interess tal-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni”. Għal min mhux familjari ma’ Massimo Introvigne dan huwa soċjologu Taljan b’reputazzjoni mondjali u huwa wkoll membru tal-OSCE (Organization for Security and Co-Operation in Europe). Ftit tal-jiem ilu il-grupp “Le B’Rispett Lejn il- Ġejjieni” tkellem dwar l-artiklu li kiteb dwar Malta David Quinn. Bħal David Quinn, Massimo Introvigne jieħu l-esperjenza Taljana tal-introduzzjoni tad-divorzju u jħaddem din l-esperjenza sabiex jitkellem dwar id-dibattitu lokali li Introvigne jistqarr
li qed isegwi fid-dettall.


Introvigne jistqarr li l-introduzzjoni tad-divorzju dejjem għandu konsegwenzi soċjali vasti u min jistqarr li le ikun qiegħed jitkellem b’ton elettorali jew kif forsi aħjar ippoġiha Introvigne bit-Taljan, “bugie elettorali”. Fil-fatt Introvigne jikteb, “Da quando in Italia è stato introdotto il divorzio, è crollato il numero di coloro che si sposano, in costante diminuzione dal 1974 a oggi. Ormai in Italia il 21,7% dei bambini nasce fuori del matrimonio (dati ISTAT riferiti al 2009), con drammatiche conseguenze…tutte “piaghe sociali” contro le quali la famiglia stabile è l’unica possibile protezione” (Minn mindu fl-Italja ġie introdott id-divorzju naqas in-numru ta’ nies li jiżżewġu u dan b’mod konsistenti sa’ mill-1974 sal-llum. Illum il-ġurnata fl-Italja 21.7% tat-tfal jitwieldu barra miż-żwieġ (ISTAT 2009), u dan b’konsegwenzi drammatiċi…kollha pjagi soċjali li jistaw biss jiġu kumbatuti permezz tal-protezzjoni li taf toffri biss familja stabli).

Introvigne jgħalaq bi twissija speċifika lejn Malta meta jgħid, “Quando si comincia a scivolare sul piano inclinato della negazione dei valori naturali della vita e della famiglia non c’è più modo di fermarsi. Sarà inutile rimpiangere dopo quanto non sarà stato fatto il 28 maggio 2011. Per questo chi ha fatto l’esperienza del 1974 – e del dopo 1974 – in Italia non può che supplicare accoratamente i maltesi: dite no al divorzio, fermate subito la cultura che dice no alla famiglia e alla vita. Dal 29 maggio sarà troppo tardi” (Meta tibda it-triq tan-niżla fejn tidħol iċ-ċaħda tal-valuri naturali tal-ħajja u tal-familja ma hemm ebda mod kif dan jieqaf. Huwa inutli li wieħed jibki wara li tkun saret l-affari fit-28 ta’ Mejju 2011. Hekk tgħid l-esperjenza tal-1974 u ta’ dak li ġara wara- l-esperjenza Taljana għandha tgħid lil Maltin biex jgħidu le għad-divorzju, biex iwaqfu din il-kultura li tgħid le lill-familja u le lill-ħajja. Fid-29 ta’ Mejju ikun tard wisq).

No comments:

Post a Comment