Il-għaqda ‘LE b’Rispett Lejn il-Ġejjieni’ qed jitwaqqaf minn grupp ta’ żgħażagħ: ġuvintur u tfajliet, ħaddiema u studenti minn kull sfera tas-soċjeta’ Maltija, bil-għan li jitwassal quddiem l-elettorat Malti wiċċ realistiku tad-diversita’ żgħażugħa fil-pajjiz li qed jipproponu li f’Malta ma tidħolx il-ligi tad-divorzju.

Din id-deċiżjoni trid tittieħed, għalhekk huwa importanti li dawk iż-żgħażagħ kollha li fil-fond ta’qalbhom jaħsbuha bħalna, nhar it-28 ta’ Mejju joħorġu jivvutaw u jivvutaw LE.

Il-motivazzjonijiet individwali li wasluna biex nieħdu dan il-pass, li nitkellmu u nsemmgħu leħinnha, huma imsejsa fuq l-effetti Ekonomiċi, Soċjali u Legali li jinħolqu hekk kif id-divorzju ssir ligi.

Thursday, May 26, 2011

Kwerela kontra l-Onorevoli Dr. Jeffrey Pullicino Orlando

Jean Claude Micallef, kelliem f’isem il-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” ftit tal-ħin ilu fl-għassa tal-pulizija ta’ Ħaż-Żabbar ippreżenta kwerela kontra l-Onorevoli Dr. Jeffrey Pullicino Orlando wara l-kummenti li għamel l-istess Onorevoli Dr. Jeffrey Pullicino Orlando fil-konfront ta’ Jean Claude Micallef il-bieraħ waqt dibattitu pubbliku f’Marsascala.


Il-grupp “Le B’Rispett Lejn Il-Ġejjieni” jerġa jisħaq fuq il-bżonn ta’ rispett reċiproku bejn dawk kollha li jieħdu sehem b’mod attiv f’din il-kampanja u jikkundanna kull forma ta’ intimidazzjoni minn kwalunkwe kamp f’dan id-dibattitu.

1 comment:

  1. L-AĦJAR "Stop My Divorce" Love Spell Casting huwa l-aħjar mill-aħjar meta niġu biex nipprevjenu dak id-divorzju bl-uġigħ u żommkom kemm kuntenti fl-imħabba. Ikkuntattja templeofanswer@hotmail.co.uk, whatsapp +2348155425481

    ReplyDelete