F’konferenza stampa organizzata mill-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” f’tas-Sliema l-kelliem għall-grupp Andrea Pace beda billi rringrazzja l-media talli matul il-ġimgħa dejjem waslet l-stqarrijiet tal-grupp u l-attivitajiet tal-grupp lill-pubbliku. Pace spjega li sfortunatament kien hemm sezzjoni mill-media li ssejjaħ lilha nfisha indipendenti li injorat l-eżistenza tal-grupp għall-kollox, madanakollu dan fl-aħħar mill-aħħar jirifletti ħażin fuq dik il-media partikolari u l-kredibilita tagħha.
Andrea Pace sostna li l-grupp jemmen fil-permanenza taż-żwieġ u mhux f’kuntratt li fuqu għandu data ta’ skadenza. Pace kompla billi qal li l-pajjiż jinstab maqsum bejn żewġ valuri, dawk li qed jgħidu iva li jridu soluzzjoni immedjata u dawk li qed jgħidu le li qed iħarsu fit-tul b’viżjoni. Pace kompla billi qal li hemm bżonn li l-istat jilleġiżla f’dan id-dawl.
Il-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” saħaq li hemm bżonn li nitkellmu fuq id-drittijiet tat-tfal. Andrea Pace, f’isem il-grupp, saħaq li hija ħasra li nitkellmu dwar id-divorzju bħala xi dritt fundamentali meta dan mhuwiex u ninsew għal kollox id-drittijiet tat-tfal li huma ċari u stabiliti.
Pace kompla billi nsista li hemm bżonn li nesploraw il-bżonnijiet ta’ dawk li ż-żwieġ tagħhom ikun falla jew ikun qiegħed fir-riskju li jfalli. Il-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” sostna li hemm bżonn li dawn il-familji jingħataw kull protezzjoni meħtieġa. Il-grupp kompla billi esprima t-tħassib tiegħu għall-għaġla li bih tmexxa l-proċess.
Il-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” reġa saħaq li d-divorzju ser iġġib miegħu forma ta’ faqar ġdid, faqar li ser iżżid dawk li huma dipendenti; fatt li wieħed jista’ anke jara f’pajjiżi barranin fosthom fl-Italja.
Andrea Pace temm id-diskors tiegħu billi spjega li l-appell tal-grupp huwa biex dawk iż-żgħażagħ li huma kontra d-divorzju ma joqodux lura u ma jistħux jgħidu dan pubblikament. Fi tmiem id-diskors ta’ Andrea Pace, il-Press Officer tal-grupp Angelo Micallef wieġeb diversi mistoqsijiet mill-membri tal-media preżenti.

No comments:
Post a Comment