L-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” riċentiment qara artiklu miktub minn David Quinn, direttur ta’ The Iona Institute istitut b’reputazzjoni solida u li għandu għal qalbu ħafna l-familja bhala istituzjoni. David Quinn riċentiment kiteb speċifikament dwar is-sitwazzjoni tad-divorzju fl-Irlanda u dan fil-kuntest tad-dibattitu lokali li l-istess Quinn stqarr li qed isegwi b’ċertu interess.
Il-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” jgħaraf li l-proposta li għandha Malta quddiema bħalissa ġiet imudelata fuq il-liġi Irlandiza u jgħaraf ukoll li l-Irlanda għandha ċertu similaritajiet ma’ Malta. Għalhekk ikun tajjeb li wieħed jara l-istatistika fl-Irlanda.
Fl-1997, jiġifieri meta l-Irlanda introduċiet id-divorzju, kien hemm 94,433 każ ta’ separazzjoni. Illum din ir-rata splodiet b’aktar minn mija fil-mija u l-figura issa telgħat għal 198,592. Filwaqt li l-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” jaċċetta li dan ir-riżultat huwa nfluwenzat minn numru ta’ fatturi, zgur li ma hi l-ebda kumbinazzjoni li r-rata qabdet dik ir-rata alarmanti ta’ żieda min mindu l-Irlanda daħlet id-divorzju.
Fl-1996, sena qabel l-Irlanda introduċiet id-divorzju, in-numru ta’ koppji koabitanti kienet ta’ 31,298. Għaxar snin wara, jiġifieri fl-2006 din ir-rata telgħat għall-121,763. Għall-darb oħra il-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” jistqar li din iż-żieda ta’madwar 400% min wara l-introduzzjoni tad-divorzju mhijiex kumbinazzjoni.
Id-direttur ta’ The Iona Institute li huwa wkoll opinjonista f’The Irish Independent finalment jgħid hekk dwar Malta u dawk li qed jikkampanjaw favur id-dħul tad-divorzju f’Malta,
“Will Malta’s pro-divorce advocates support policies aimed at promoting marriage? Will they support social marketing campaigns extolling the benefits of marriage and discouraging cohabitation? Will they state publicly that it’s better on average for children to have a married mother and father? I stress “on average” because, obviously, there will be some bad married parents…. Will they put all of this now before considering the introduction of divorce?”.
Huwa jikonkludi billi permezz tal-esperjenza Irlandiża u b’dak li jiġri f’Malta f’moħħu jgħid, “Those campaigning for divorce should therefore put all their cards on the table now or else Maltese can logically conclude that for all their talk they don’t really value marriage at all, except as a purely individual choice of no special social significance and that those who are campaigning against divorce are its true custodians”.

No comments:
Post a Comment