Il-għaqda ‘LE b’Rispett Lejn il-Ġejjieni’ qed jitwaqqaf minn grupp ta’ żgħażagħ: ġuvintur u tfajliet, ħaddiema u studenti minn kull sfera tas-soċjeta’ Maltija, bil-għan li jitwassal quddiem l-elettorat Malti wiċċ realistiku tad-diversita’ żgħażugħa fil-pajjiz li qed jipproponu li f’Malta ma tidħolx il-ligi tad-divorzju.

Din id-deċiżjoni trid tittieħed, għalhekk huwa importanti li dawk iż-żgħażagħ kollha li fil-fond ta’qalbhom jaħsbuha bħalna, nhar it-28 ta’ Mejju joħorġu jivvutaw u jivvutaw LE.

Il-motivazzjonijiet individwali li wasluna biex nieħdu dan il-pass, li nitkellmu u nsemmgħu leħinnha, huma imsejsa fuq l-effetti Ekonomiċi, Soċjali u Legali li jinħolqu hekk kif id-divorzju ssir ligi.

Thursday, May 19, 2011

L-Emendi Proposti fil-Kodici Civili ta' Malta

(kopja originali kif mahruga mill-proponaturi)
Dan l-Att jemenda l-Kodici Civili u ghandu jinqara u jinftiehem haga wahda mal-istess Kodici Civili, hawnhekk izjed il-quddiem imsejjah ‘il-Kodici’.

1. Minnufieh wara s-subartikolu (2) tal-Artikolu 54 ghandu jizdied il-kliem “, inkluz dawk imsemmija f’Artikolu 70 (7) paragrafu (a) sa (g) u f’Artikolu 70 (8) paragrafu (a) sa (g) ta’ dan il-Kodici.”

2. Fil-bidu tal-Artikolu 55 subartikolu (1) ghandhom jizdiedu l-kliem:
“Sakemm il-Qorti, fid-diskrezzjoni tagħha, fuq it-talba ta’ wieħed mill-partijiet, ma tkunx ordnat il-waqfien tal-Komunjoni ta’ l-Akkwisti jew tal-Komunjoni ta’ Residwu Taħt Amministrazzjoni Separata li teżisti bejn il-partijiet, fil-bidu tal-kawża jew f’kull waqt ieħor ta’ l-istess kawża,”
3. Fl-Artikolu 57 subartikolu (1) il-kliem ‘t-tfal il-missier u l-omm” ghandhom jigu sostitwiti bil-kliem ‘l-persuni dipendenti fuq il-familja, il-mizzewgin”.
4. Wara l-Artikolu 57 ghandu jidhol proviso li jghid “Ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu, ‘persuni dipendenti fuq il-familja’ ghandha l-istess tifsira mghotija f’Artikolu 68(1) ta’ dan il-Kodici.”
5. F’Artikolu 57 subartikolu (2) il-kliem ‘it-tfal’ ghandhom jigu sostitwiti bil-kliem ‘lill-persuni dependenti fuq il-familja li jkunu ghadhom minorenni’.
6. F’Artikolu 57 subartikolu (3) il-kliem ‘it-tfal’ ghandhom jigu sostitwiti bil-kliem ‘lill-persuni dipendenti fuq il-familja’ u l-kliem ‘tat-tfal’ ghandhom jigu sostitwiti bil-kliem ‘ta’ dawn l-istess persuni dipendenti fuq il-familja.’
7. Wara Subtitolu III - Fuq il-Firda Personali ghandu jizdied subtitolu gdid imsejjah ‘Subtitolu IV - Fuq id-Divorzju’ taht liema subtitolu ghandom jizdiedu it-titoli u l-artikoli 67 sa 79 kif gej:
Id-Divorzju
67(1) Id-divorzju jingħata bis-setgħa ta’ sentenza tal-qorti ċivili kompetenti, jew permezz ta’ att pubbliku awtorizzat b’digriet tal-qorti ċivili kompetenti, liema digriet għandu jkollu l-istess effett ta’ sentenza tal-qorti kompetenti.

Iżda f’dan l-ahhar każ, il-miżżewġin għandhom jippreżentaw rikors konġunt, flimkien mal-ftehim milhuq bejniethom għall-awtorizzazzjoni tal-qorti kompetenti, liema qorti għandha tinkorpora dan il-ftehim fid-digriet tagħha.

(2) Il-kawżi kollha għad-divorzju għandhom jinġiebu quddiem is-sezzjoni xierqa tal-Qorti Ċivili kif jiġi stabbilit b’regolamenti magħmulin mill-Ministru responsabbli għall-ġustizzja, u f’dawn il-kawżi artikolu 37 ta’ subtitolu III ta’ dan it-titolu japplikaw mutatis mutandis.

Kondizzjonijiet mehtieġa għad-divorzju

68. (1) Bla hsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu, id-divorzju ma jistax isir hlief b’talba ta’ wahda mill-persuni miżżewġa flimkien kontra l-ohra, u sakemm il-qorti tkun sodisfatta li:

(a) Fid-data ta’ tehid ta’ azzjoni quddiem il-Qorti, il-miżżewġin qed jgħixu mhux flimkien għal perjodu ta’, jew perjodi jammontaw għal, mill-inqas erba’ snin matul il-hames snin preċedenti, jew ikunu għaddew mill-inqas erba’ snin mid-data tas-separazzjoni legali;

(b) Ma hemm l-ebda prospett raġonevoli għal rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin; u

(c) Il-miżżewġin u kull persuna dipendenti fuq il-familja qed jirċievu manteniment adegwat, skond iċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom, kif hemm fl-artikolu 70(4) ta’ din il-Kodiċi.

Iżda dan l-artikolu m’għandux jinftiehem li l-miżżewġin ma jistgħux jagħżlu li jwaqqfu d-dritt tagħhom għall-manteniment.
Iżda wkoll it-talba għad-divorzju ibbażata fuq is-separazzjoni legali tal-miżżewġin minn liema data jkunu għaddew mill-inqas erba’ snin, m’għandiex topera b’tali mod li tvarja jew timmodifika is-sentenza, digriet jew att pubbliku tas-separazzjoni personali bejn il-partijiet, u f’dan il-każ dak kollu li jingħad dwar il-manteniment tal-miżżewġin fl-istess sentenza, digriet jew att pubbliku tas-separazzjoni personali għandu jiġi meqjuż bħala “manteniment adegwat” mingħajr riferenza għal artikolu ieħor f’din il-Kodiċi.

Iżda wkoll “persuni dipendenti fuq il-familja”, b’rigward għal wieħed mill-miżżewġin, jew għall-miżżewġin, għandha tfisser kull tifel –
(i) taż-żewġ miżżewġin jew addottat miż-żewġ miżżewġin jew ma’ min iż-żewġ miżżewġin huma loċo parentis, jew

(ii) ta’ wieħed mill-miżżewġin jew addottat minn wieħed mill-miżżewġin, jew ma’ min wieħed mill-miżżewġin huwa loċo parentis, u l-parti l-oħra tqis lit-tifel bħala membru tal-familja minkejja li taf li mhijiex ġenitur tat-tifel,
li huwa taħt it-18-il sena, jew jekk it-tifel huwa ta’ eta` maġġuri –

(iii) qieġħed jew ser ikun qiegħed, jekk tinħareġ ordni skond din il-Kodiċi tipprovdi għall-manteniment tat-tifel, jirċievi edukazzjoni full time, jew tagħlim f’universita`, kulleġġ, skola jew dar ta’ edukazzjoni, u huwa taħt l’eta` ta’ 23 sena, jew

(iv) għandu diżabilta` mentali jew fiżika u mhux raġġonevolment possibbli li t-tifel imantni lilu nnifsu;

Għotja ta’ digriet tad-divorżju
69. Wara li l-qorti tkun sodisfatta li jkunu ġew osservati d-disposizzjonijiet kollha ta’ artikolu 68 subartikolu (1), din l-istess qorti għandha tagħti d-digriet tad-divorzju għal dak iż-żwieġ, jew tawtorizza l-pubblikazzjoni għall-att ta’ divorzju, kif ikun il-każ.

Id-Divorzju mogħti fuq kundizzjonijiet neċessarji biss

70 (1) Mingħajr preġudizzju għall-artikoli l-oħra f’dan is-subartikolu, meta d-divorzju huwa mitlub u/jew mogħti biss fuq id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu preċedenti u l-miżżewġin ma jkollhomx separazzjoni legali:

(a) Artikoli 46, 46A u 47 ta’ subtitolu III tat-Titolu I ta’ din il-Kodiċi għandhom japplikaw mutatis mutandis matul il-kawża;

(b) Il-Qorti tista’, fid-diskrezzjoni tagħha u wara li ssir talba minn mill-inqas wieħed mill-partijiet, tordna l-waqfien tal-komunjoni ta’ l-akkwisti jew il-komunjoni ta’ residwu taħt amministrazzjoni separata tal-partijiet mill-ġurnata li fiha jkun ġie preżentat ir-rikors, jew minn data oħra futura li l-qorti tħoss xierqa wara li tkun ikkunsidrat iċ-ċirkostanzi tal-kawża.

(c) B’digriet tal-qorti ċivili kompetenti, jispiċċa, għall-effetti kollha ċivili, l-obbligu ta’ bejniethom li jgħixu flimkien;

(d) Il-qorti tista’ tagħti ordnijiet, kif jidhrilha xieraq fl-ahjar interessi tat-tifel, rigward il-manteniment, il-ġid ta’ l-ulied, il-kustodja u dritt ta’ l-aċċess għal kull persuna dipendenti fuq il-familja, sew jekk ikun sar rikors u sew jekk le;

Iżda jekk il-qorti tagħti ordni favur digriet għad-divorzju, tista’ tiddikjara wieħed mill-miżżewġin mhux tajjeb biex ikollu kustodja tal-persuni dipendenti fuq il-familja li m’humiex ta’ eta` maġġuri u, jekk il-qorti tagħmel dan u l-parti għal min tapplika din l-ordni hija ġenitur tal-persuna dipendenti fuq il-familja li m’huwiex ta’ eta` maġġuri, dak l-istess ġenitur ma jistax, mal-mewt tal-parti l-oħra, jieħu l-kustodja ta’ dik il-persuna li mhix ta’ eta` maġġuri.

(e) Id-drittijiet tal-miżżewġin għas-suċċessjoni ta’ xulxin jieqfu japplikaw f’dik il-ġurnata meta s-sentenza tkun saret res judiċata, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra; u

(f) Artikoli 62 u 62A ta’ subtitolu III tat-titolu I ta’ din il-Kodiċi għandhom japplikaw mutatis mutandis;

(2) Meta jiġi dikjarat id-divorzju, il-qorti fuq it-talba minn mill-inqas wieħed mill-partijiet għandha tordna skond iċ-ċirkostanzi tal-kawża:

(a) jekk wieħed mill-partijiet għandu dritt ta’ residenza fid-dar taż-żwieġ għall-perjodu li l-qorti jidrilha xieraq, bl-esklużjoni tal-parti l-oħra mill-istess dar; jew

(b) jekk id-dar taż-żwieġ għandha tinbiegħ, u l-frottijiet tal-bejgħ jinqasmu bejn il-partijiet kif il-qorti jidrilha xieraq.

(3) Il-qorti, għall-finijiet imsemmija fl-artikolu 70(2) ta’ din il-Kodiċi, għandha tieħu qies tal-ġid tal-miżżewġin u kull persuna oħra dipendenti fuq il-familja u, b’mod partikolari, għandha tieħu qies li akkomodazzjoni xierqa u sigura għandha, fejn dan jista’ jsir, tiġi provduta lill-parti miżżewġa li hija kompletament jew prinċipalment dipendenti fuq il-parti miżżewġa l-oħra, kif ukoll għal kull persuna dipendenti fuq il-familja.

(4) Meta d-dar taż-żwieġ, kollha kemm hi jew sehem minnha, tkun tappartjeni fi proprjeta` jew b’xi titolu ieħor, lil parti waħda mill-miżżewġin, u dik il-parti tkun il-parti eskluża mid-dar taż-żwieġ, dik il-parti tista’, f’xi żmien wara l-għoti tad-digriet, tagħmel rikors il-qorti, titlob li d-dar taż-żwieġ fkun assennjata lilu, u li din titpartat ma’ akkamodazzjoni xierqa u sigura għall-parti l-oħra u għal kull persuna dipendenti fuq il-familja, u dan għandu jikkonferma bil-ġurament ir-raġunijiet għal din it-talba, u jdaħħal mar-rikors kull dokument relevanti.

(5) Ir-rikors imsemmi fis-subartikolu preċedenti għandu jiġi preżentat lill-parti miżżewġa l-oħra, li tingħata għoxrin jum mid-data li fiha jkun ġie minnha riċevut, biex tipprezenta risposta ikkonfermata bil-ġurament, tiddikjara jekk taqbel jew ma taqbilx mat-talba ta’ l-applikant, u għandha ddaħħal mar-risposta kull dokument relevanti.

(6) Il-qorti, wara li tkun ikkunsidrat il-fatti tal-kawża preżantati lilha mill-attur u mill-konvenut, għandha tiddeċiedi l-każ, minn liema digriet jista’ jsir appell.

Iżda meta t-talba ta’ l-attur tintlaqa’ u l-kawża ssir res judiċata, il-konvenut ma jistax, permezz ta’ rikors separata, jitlob li d-digriet jitreġġa’ lura u lanqas ma jista’ jagħmel talba oħra li twassal għall-istess treġġigħ lura tad-digriet.

Iżda wkoll meta t-talba ta’ l-attur ma tintlaqax, l-attur jista’, wara li jkunu għaddew tmintax il-xahar mid-data tad-digriet, jippreżenta rikors ieħor bl-istess raġunijiet, jekk ikun seħħ tibdil sinifikanti fiċ-ċirkostanzi tal-miżżewġin.

(7) Il-qorti, mal-konferma tad-divorzju u fuq it-talba ta’ mill-inqas wieħed mill-miżżewġin, għandha tiddeċiedi dwar manteniment adegwat għalihom u għall-persuni dipendenti fuq il-familja, wara li tqis is-subartikoli t’hawn taħt:

(a) dizabilita` fiżika jew mentali ta’ xi wieħed mill-miżżewġin;

(b) kontribuzzjonijiet li kull wieħed mill-miżżewġin għamel jew li huwa probabli li jagħmel fil-futur qarib għall-ġid tal-familja, inkluż kontribuzzjonijiet li kull wieħed mill-miżżewġin għamel għad-dħul, kapaċita` tal-qligħ, propjeta` u riżorsi finanzjarjii tal-parti l-oħra, u kontribuzzjonijiet li kull wieħed mill-miżżewġin għamel fid-dar jew bħala kontribut għall-ħtiġijiet tal-familja;

(c) l-effett fuq il-kapaċita` tal-qligħ ta’ kull wieħed mill-miżżewġin fuq ir-responsabiltajiet taż-żwieġ assunti minn kull parti matul il-perjodu ta’ koabitazzjoni, u, b’mod partikolari, l-effett fuq il-kapaċita` tal-qligħ tal-parti li tkun ċaħdet jew tilfet l-opportunita` għal qligħ remunerattiv sabiex tiegħu ħsieb id-dar jew biex tikkontribwixxi għall-ħtiġijiet tal-familja;

(d) kull qligħ jew benefiċċji li wieħed jew l-ieħor mill-miżżewġin huma intitolati għalih b’statut;

(e) l-imġieba ta’ kull wieħed mill-miżżewġin, jekk tali mġieba, skond il-qorti, hija waħda li fiċ-ċirkostanzi ma jkunx xieraq li tiġi injorata;

(f) il-ħtieġa għall-akkomodazzjoni taż-żewġ partijiet;

(g) l-ammont dovut lejn iż-żewġ partijiet għal benefiċċju (inkluż benefiċċju ta’ skema tal-pensjoni), liema benefiċċju jintilef ma’ l-għotja tad-digriet tad-divorzju;

(8) Mingħajr ħsara għall-ġeneralita` ta’ subartikolu (7) ta’ dan l-artikolu 70, sabiex tiddeċiedi tagħtix l-ordni imsemmija f’subartikolu (7), il-qorti għandha tikkonsidra b’mod partikolari:
(a) il-bżonnijiet finanzjarji tal-membru

(b) il-qligħ, kapaċita` tal-qligħ, propjeta` u riżorsi finanzjarji oħra tal-membru

(ċ) diżabilita` fizika jew mentali tal-membru

(d) qligħ jew benefiċċji dovuti b’statut lill-membru

(e) il-mod kif il-partijiet antiċipaw li l-membru sa jkun qed jiġi edukat, jew kif qiegħed jiġi edukat

(f) l-affarijiet imsemmija f’paragrafi (a), (b), u (ċ) ta’ subartikolu (7)

(g) il-ħtieġa għall-akkomodazzjoni tal-membru.

(9) Il-qorti m’għandiex tordna fuq disposizzjonijiet imsemmija f’subartikolu (3), sakemm l-ordni ma tkunx fl-aħjar interess biex isseħħ ġustizzja.

(10) Subartikoli 54(3) sa 54(7) inklużivament japplikaw mutatis mutandis meta l-qorti tħoss il-ħtieġa li tapplikahom wara li tkun ikkunsidrat ir-raġunijiet miġjuba lilha.

(11) Meta l-każ ikun diġa` pendenti f’każ ta’ separazzjoni bejn il-partijiet, il-qorti għandha tordna li d-digriet għandu jiġi inkluż fl-atti tal-proċeduri pendenti tas-separazzjoni sa jumejn wara li d-digriet tad-divorzju isir res judiċata.


Kondizzjonijiet addizzjonali u mhux obbligatorji għad-divorzju, meta l-partijiet m’humiex separati.

71 (1) Mingħajr ħsara għall-artikoli l-oħra f’dan is-subtitolu, meta l-miżżewġin m’humiex legalment separati fil-bidu tal-proċeduri legali għad-divorzju, id-divorzju jista’ jiġi mogħti b’digriet fuq it-talba ta’ wieħed mill-miżżewġin kontra l-ieħor, fuq ir-raġunijiet imsemmija f’artikoli 38, 40 u 41 ta’ subtitolu III ta’ dan it-titolu, jew għal raġuni oħra li maż-żmien tkun inkluża bħala raġuni valida għall-ksib tas-separazzjoni personali.

(2) Meta d-divorzju jiġi mitlub għar-raġunijiet imsemmija f’artikolu 71(1), id-dispożizzjonijiet relevanti ta’ din il-Kodiċi rigward separazzjoni personali tal-miżżewġin, bl-eċċezzjoni ta’ artikolu 55A, japplikaw mutatis mutandis. Artikolu 70(2) dwar id-dar taż-żwieġ, tapplika ukoll.

(3) Kull parti għal-kawża tas-separazzjoni, pendenti fil-ġurnata meta dan l-artikolu jidħol fis-seħħ, u li jkun ilu pendenti għal mill-inqas erbat ijiem, jista’ jitlob l-qorti tiddikjara d-divorzju tal-partijiet, minflok separazzjoni personali.

(4) Talba ibbażata fuq is-subartikolu preċendti għandha tinġieb permezz ta’ rikors, ikkonfermat bil-ġurament, u ppreżentat sa tliet xhur mid-data ta’ meta dan l-artikolu jidħol fis-seħħ, u għandhom jiġu speċifikati ir-raġunijiet għalfejn qed issir it-talba għad-divorzju.

Iżda f’dawn il-każijiet imsemmija, il-qorti trid tkun sodisfatta li r-raġunijiet imsemmija f’artikolu 68(1) jissussistu għall-kontinwazzjoni tal-proċess legali.

Iżda wkoll artikolu 68(1)(a) għandha titqies sodisfatta meta l-proċeduri għas-separazzjoni tal-miżżewġin kienu ġew istitwiti mill-inqas erba’ snin qabel ma dan l-artikolu jkun daħal fis-seħħ, ukoll jekk il-miżżewġin ikunu għadhom jgħixu flimkien fid-dar taż-żwieġ.

(5) Ir-rikors imsemmi fis-subartikolu preċedenti għandu jiġi preżentat lill-parti l-oħra tas-separazzjoni, li tingħata għoxrin jum mid-data li fiha jkun ġie minnha riċevut, biex tippreżenta risposta ikkonfermata bil-ġurament, tiddikjara jekk taqbel jew ma taqbilx mat-talba ta’ l-applikant għad-divorzju, u għandha tiddikjara r-raġunijiet tagħha skond dan l-artikolu.


Dmirijiet ta’ l-avukat ta’ l-attur

72(1) Jekk l-avukat ikun qed jidher għall-attur, l-avukat għandu, qabel ma jistitwixxi l-proċeduri legali tħat l-artikolu 86 ta’ din il-Kodiċi, sakemm l-attur u l-parti l-oħra miżżewġa li huma separati -

a. jiddiskuti ma’ l-attur il-possibilta` ta’ rikonċiljazzjoni u jagħti lilu l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni kwalifikati biex joffru l-għinuna li jwassal għar-rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin li huma mifrudin;

b. Jiddiskuti ma’ l-attur il-possibilta` ta’ meditazzjoni sabiex id-divorzju jinġieb fuq qbil ta’ l-attur u l-parti miżżewġa l-oħra, u jagħti lill-attur l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni kwalifikati biex joffru l-għinuna ta’ meditazzjoni għall-miżżewġin li huma mifrudin; u

c. L-avukat għandu jassigura li l-attur jaf li tista’ tinġieb is-separazzjoni personali bħala alternattiva għad-divorzju.

(2) L-applikazzjoni permezz ta’ liema proċeduri jiġu istitwiti għandha:

a. Jekk l-avukat qed jidher għall-attur, akkumpanjat b’ċertifikat, bil-mod muri f’Skeda B tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, jikkonferma li ikkonforma mal-kondizzjonijiet ta’ subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, jew

b. Jiġi akkumpanjat minn digriet ġuridiku ta’ separazzjoni jew b’kuntratt ta’ separazzjoni konsenswali, juri li l-attur u l-parti miżżewġa l-oħra ilhom separati għal mill-inqas erba’ snin.

Iżda meta l-avukat li jkun qed jassisti l-klijent fil-każ ta’ divorzju ma jkunx ippreżenta ċ-ċertifikat, digriet ġuridiku tas-separazzjoni jew kuntratt ta’ separazzjoni konsenswali, kif ikun il-każ, l-avukat għandu jippreżenta dan flimkien ma’ l-ewwel att li jiġi preżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) rigward din il-kwistjoni.

Iżda wkoll f’dan l-artikolu “l-attur” tfisser persuna li applika, qed japplika, jew ser japplika l-qorti għal-digriet tad-divorzju.

(3) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jistabbilixxu Reġistru ta’ Organizzazzjonijiet Professjonali, li għandu jkollu membri kwalifikati biex jassistu l-partijiet involuti fil-proċess ta’ rikonsiljazzjoni; dan ir-registru għandu jinkludi l-ismijiet tal-membri ta’ l-organizzazzjonijiet u l-proċedura li għandha tiġi segwita biex l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jaġġornaw il-lista tal-membri b’mod regolari.


Dmirijiet ta’ l-avukat tal-konvenut

73(1) Jekk l-avukat ikun qed jidher għall-konvenut, l-avukat għandu, kemm jista’ jkun malajr wara li jirċievi struzzjonijiet mill-konvenut dwar il-każ, jekk l-attur u l-parti miżżewġa l-oħra ma jkunux separati legalment –

a. Jiddiskuti mal-konvenut il-possibilta` ta’ rikonċiljazzjoni u jagħti l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni kwalifikati biex jgħinu fil-proċess ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin li huma mifrudin;

b. Jiddiskuti mal-konvenut il-possibilta` ta’ meditazzjoni sabiex id-divorzju jinġieb fuq qbil ta’ l-attur u l-parti miżżewġa l-oħra, u jagħti lill-attur l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni kwalifikati biex joffru l-għinuna ta’ meditazzjoni għall-miżżewġin li huma mifrudin; u

(2) Ir-risposta tal-konvenut għar-rikors għad-divorzju għandu, jekk l-avukat qed jidher għall-konvenut, jkun akkumpanjat b’ċertifikat bil-mod muri f’Skeda B tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, jikkonferma li ikkonforma mal-kondizzjonijiet ta’ subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu

Iżda meta l-avukat li jkun qed jassisti l-klijent fil-każ ta’ divorzju ma jkunx ippreżenta ċ-ċertifikat, l-avukat għandu jippreżenta dan flimkien ma’ l-ewwel att li jiġi preżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) rigward din il-kwistjoni.

Attentat ta’ rikonċiljazzjoni mill-qorti

74(1) Meta ssir rikors lill-qorti għad-digriet tad-divorzju, il-qorti għandha tikkonsidra l-possibilta` ta’ rikonċiljazzjoni tal-miżżewġin u, kif ikun il-każ, tista’ taġġorna s-smiegħ tal-każ f’kull ħin, biex il-miżżewġin, bix-xewqa tagħhom u bl-assistenza jew mingħajr assistenza ta’ terza persuna, jirrikonċiljaw.

(2) Meta, waqt il-proċedimenti legali, il-qorti jidhrilha li r-rikonċiljazzjoni tal-miżżewġin ma jistax jintlaħaq, din tista’ taġġorna s-smiegħ tal-każ biex il-miżżewġin, bix-xewqa tagħhom u bl-assistenza jew mingħajr assistenza ta’ terza persuna, jaslu għal ftehim dwar il-kundizzjonijiet kollha jew għal uħud mill-kundizzjonijiet tad-divorzju.
(3) Jekk il-proċeduri legali jiġu aġġornati permezz ta subartikolu (1) jew (2) ta’ dan l-artikolu, mill-inqas wieħed mill-miżżewġin jista’, f’kull ħin, jitlob li s-smiegħ tal-kawża titkompla kemm jista’ jkun malajr, u jekk issir din it-talba, il-qorti għandha tkompli bis-smiegħ, mingħajr ħsara għal-setgħat oħra tal-qorti li taġġornaha.
(4) Is-setgħat mogħtija lill-qorti biex taġġorna s-smiegħ tal-każ permezz ta’ dan l-artikolu huma addizzjonali għal kull setgħa oħra ta’ l-istess qorti.
(5) Meta l-qorti taġġorna s-smiegħ tal-każ permezz ta’ dan l-artikolu, tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, tagħti parir lill-miżżewġin biex ifittxu għinuna minn terza persuna għar-rikonċiljazzjoni tal-miżżewġin jew biex jilħqu ftehim bejniethom dwar il-kundizzjonijiet kollha jew għal uħud mill-kundizzjonijiet tad-divorzju.

Evidenza inammissibli
75. Ebda prova ma tista’ ssir jekk din hija komunikazzjoni verbali jew bil-miktub li saret jew ġiet imġiegħla ssir mill-miżżewġin jew minn terza persuna għall-fini ta’ rikonċiljazzjoni jew biex jintlaħaq ftehim bejniethom dwar il-kundizzjonijiet kollha jew għal uħud mill-kundizzjonijiet tad-divorzju (jekk din saret fil-presenza u bl-għarfien tal-parti l-oħra, jew jekk din ma saritx fil-presenza u bl-għarfien tal-parti l-oħra).

Ħall taż-żwieġ

76(1) Meta l-qorti tordna d-digriet tad-divorzju, iż-żwieġ li għalih jirreferi d-digriet jiġi maħlul u l-partijiet għal dak iż-żwieġ għandhom id-dritt jerġgħu jiżżewġu.
(2) Degriet għad-divorzju tal-miżżewġin m’għandu l-ebda effett fuq id-drittijiet u d-dmirijiet tal-ġenituri attur u konvenut, fuq it-tfal jew fuq kull ftehim li jkun intlaħaq bejn il-miżżewġin għal kustodja konġunta tat-tfal.

L-effett ta’ żwieġ mill-ġdid

77 (1) Meta l-parti favur min tkun saret ordni għall-manteniment mill-qorti jew permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet jiżżewweġ mill-ġdid, din l-ordni ssir bla effett kontra dik l-parti, ħlief għal pagamenti dovuti fil-ġurnata ta’ żwieġ mill-ġdid.

Iżda l-ordni għall-manteniment li tkun, minn dik il-ġurnata meta dan l-artikolu jidħol fis-seħħ, ordnata jew awtorizzata biex tiġi mħallsa bħala somma f’daqqa permezz ta’ digriet tal-qorti jew permezz ta’ att pubbliku ta’ separazzjoni personali li ġie ppubblikat, għandu jkollu l-istess effett, u s-somma tibqa’ dovuta b’mod sħiħ jekk din tkun għadha ma tħallsitx.

Iżda wkoll kull manteniment li huwa, minn dik il-ġurnata meta dan il-ftehim jidħol fis-seħħ, awtorizzat mill-qorti wara li jkun ġie miftiehem mill-partijiet f’separazzjoni konsenswali permezz ta’ att pubbliku, m’għandux ikun affettwat minn artikolu 77(1), ukoll jekk il-partijiet jiżżewġu mill-ġdid, jekk il-partijiet ikunu ftehmu li l-ftehim tas-separazzjoni għandu jibqa’ validu u ma jistax jinbidel jekk il-miżżewġin iġibu digriet għad-divorzju fil-futur.



Ġuriżdizzjoni tal-qorti rigward id-divorzju

78(1) Il-qorti tista’ tagħti digriet għad-divorzju biss jekk mill-inqas wieħed mill kundizzjonijiet huma preżenti -

(a) Mill-inqas wieħed mill-partijiet huwa ċittadin Malti;

(b) Mill-inqas wieħed mill-partijiet għandu d-domiċilju tiegħu f’Malta f’dik il-ġurnata meta jiġu istitwiti proċeduri legali;

(c) Mill-inqas wieħed mill-partijiet kellu r-residenza ordinarja tiegħu f’Malta għal sena sħiħa, sal-ġurnata meta jiġu istitwiti proċeduri legali.


(2) Meta l-proċeduri legali għall-għotja ta’ separazzjoni legali jew għall-appell minn dan ir-rikors jkunu pendendi l-qorti, u l-qorti għandha jew kellha ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi l-każ, il-qorti għandu jkollha, minkejja subartikolu (1), ġurisdizzjoni biex tiddetermina r-rikors għall-għotja tad-digriet għad-divorzju.

Proviżjonijiet mixxellanji

79. Għall-fini ta’ kull Kodiċi jew Att tal-Liġijiet ta’ Malta, id-definizzjoni ta’ “separazzjoni” jew kull forma oħra ta’ l-istess “separazzjoni”, għandha tinkludi “divorzju”, jekk l-artikolu ma jipprovdix għall-kuntrarju, jew jekk dan imur kontra l-iskop ta’ l-artikolu.

8. L-artikoli prezenti tal-Kodici minn artikolu 67 il-quddiem ghandhom jigu rinumerati mill-gdid b’mod illi l-Artikolu 67 prezenti jigi l-Artikolu 80 bis-segwenti artikoli

1 comment:

  1. L-AĦJAR "Stop My Divorce" Love Spell Casting huwa l-aħjar mill-aħjar meta niġu biex nipprevjenu dak id-divorzju bl-uġigħ u żommkom kemm kuntenti fl-imħabba. Ikkuntattja templeofanswer@hotmail.co.uk, whatsapp +2348155425481

    ReplyDelete