Il-għaqda ‘LE b’Rispett Lejn il-Ġejjieni’ qed jitwaqqaf minn grupp ta’ żgħażagħ: ġuvintur u tfajliet, ħaddiema u studenti minn kull sfera tas-soċjeta’ Maltija, bil-għan li jitwassal quddiem l-elettorat Malti wiċċ realistiku tad-diversita’ żgħażugħa fil-pajjiz li qed jipproponu li f’Malta ma tidħolx il-ligi tad-divorzju.

Din id-deċiżjoni trid tittieħed, għalhekk huwa importanti li dawk iż-żgħażagħ kollha li fil-fond ta’qalbhom jaħsbuha bħalna, nhar it-28 ta’ Mejju joħorġu jivvutaw u jivvutaw LE.

Il-motivazzjonijiet individwali li wasluna biex nieħdu dan il-pass, li nitkellmu u nsemmgħu leħinnha, huma imsejsa fuq l-effetti Ekonomiċi, Soċjali u Legali li jinħolqu hekk kif id-divorzju ssir ligi.

Sunday, May 29, 2011

Il-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Gejjieni” jirrikonoxxi r-rizultat tar-referendum liema rizultat wera li l-poplu ghamel ghazla favur l-introduzzjoni tad-divorzju f’pajjizna. Il-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Gejjieni” jaccetta dan ir-rizultat bhala turija tar-rieda tal-poplu Malti liema rieda ghandha tigi rrispetata. Il-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Gejjieni” jitghama li d-dibattitu fil-parlament issa jwassal sabiex jigu rrangati dawk il-punti li ma ttrangawx matul kampanja li kienet mghagla u nieqsa mill-informazzjoni.


Il-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Gejjieni” huwa kburi bir-rwol tieghu tul din il-kampanja filwaqt li jwieghed li sejjer jibqa jidderigi l-hidma tieghu favur temi li jolqtu l-familja mill-qrib.


No comments:

Post a Comment