F’konferenza stampa li saret illum is-Sibt 14 ta’ Mejju 2011 fil-ġnien tal-Barakka ta’ Fuq il-Belt Valleta ġie mniedi l-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni”, grupp ta’ żgħażagħ li fosthu tispikka d-diversita’ tas-soċjeta’ Maltija: studenti u ħaddiema, żgħażagħ-adulti u żgħażagħ adolexxenti li dak li jgħaqqad huwa it-twemmien kommuni li s-soċjeta’ ta’ għada se tkun waħda nqas tajba bl-introduzzjoni tad-divorzju. F’isem il-grupp tkellem il-kelliem ewlieni Andrea Pace.
Għaliex le għad-dħul divorzju?
Il-grupp saħaq li qed jgħid ‘le’ għaliex jemmen li l-aqwa mudell ta’ żwieġ li jista’ jassigura u jipromwovi soċjeta’ stabbli huwa żwieġ bbażat fuq rabta permanenti.
Il-grupp stqarr u rrikonoxxa li huwa minnu li hawn tbatija bit-tkissir taż-żwieġ imma d-divorzju mhux ser jsolvi din it-tip ta’ tbatija, imma evelntwalment ser jwassal għal żieda fit-tkissir taż-żwiġijiet. Il-grupp kompla billi qal li meta l-ligi tippermetti li r-rabta taż-żwieg tinħall qisu qatt ma kien xejn dan jwassal biex il-mudell ibbażat fuq fedelta’ permanenti taż-żwieġ jitbiddel.
Xi ħaġa dwar il-mistoqsija li ser nivvuttaw fuqha
Fil-konferenza stampa Andrea Pace f’isem il-grupp kompla billi tkellem dwar dak li ser nkunu qegħdin nivvotaw dwaru. Huwa semma kif:
Il-proposta li għandna quddiemna tagħti lok għal divorzju unilaterali, jiġifieri jekk parti ma tridux u l-parti l-oħra tridu, parti waħda hija biżżejjed sabiex jinkisseb id-divorzju.
M’hemmx limitu ta’ kemm wieħed jista’ jġib divorzji jiġifieri wieħed jista jikseb divorzju aktar min darba.
Il-mistoqsija tagħti impressjoni li jistaw jigu garantiti xi drittijiet menti l-esperjenza turi li dan ma jistax jiġi garantit.
Il-grupp tenna li jemmen li l-introduzzjoni tad-divorzju ser toħloq faqar ġdid. Il-partijiet li ser ikunu affaċċjati b’kaz ta’ divorzju mhux dejjem ser ikunu finanzjarjment indipendenti u għaldaqstant tali dipendenza titlob il-bżonn ta’asisstenza soċjali ġdida; assistenza, li ser ikollu jagħmel tajjeb għaliha l-istat. Dan ukoll iwaqqa’ l-argument li d-dħul tad-divorzju ser ikollu biss effetti personali
Andrea Pace f’isem il-grupp kompla billi spjega illi diġa huwa diffiċli biex trabbi familja waħda. Għalhekk biex tmantni żewġ familji trid tkun finanzjarjament sod sew. Għalhekk il-grupp saqsa x’passi ser jittieħdu biex l-ulied tingħatalhom trobbija xierqa u li ma hi nieqsa minn xejn u dan għaliex tali huwa dritt.
Konkluzzjoni
Il-grupp għalaq billi qal li qatt ma kien hawn statistika li wriet li d-divorzju ssaħħaħ iż-żwieġ u l-familja. Anzi l-esperjenza ta’ pajjiżi oħra tgħallem li bl-introduzzjoni tad-divorzju bla raġuni (no fault divorce) r-rata ta tkissir taż-żwiġijiet tiżdid u mhux tonqos.
Il-grupp fil-fatt ikkwota lil “LIBERTAD GONZALES and TRJA K. VITTANEN: The Effect of Divorce Laws on Divorce Rates in Europe, in IZA Discussion Paper 2023 (March 2006)” fejn hemm miktub, “the combined effect of all the legal reforms that took place in Europe between 1960 and 2002 amount to about 20 per cent of the increase in divorce rates in Europe during that period”.
Andrea Pace f’isem il-grupp Le B’Rispett Għall-Ġejjieni saħaq li l-grupp jemmen li l-intorduzzjoni tad-divorzju kif propost ser iħalli aktar effetti negattivi milli positivi.
L-introduzzjoni tad-divorzju ser jaffettwa b’mod dirett, il-kwalita’ tal-ħajja ta’ dawk li ma għandhomx vuċi biex jitkellmu, ħlief f’xi sondaġġ meta jkun tard wisq. Pace għalaq billi qal, “għalhekk qeghdin nitolbu lil kull min għandu vot, biex dak inhar jivvota le b’rispett lejn il-ġejjieni”.

No comments:
Post a Comment