Il-Grupp "Le B'Rispett Lejn il-Ġejjieni" jinstab mħasseb ħafna dwar il-mod kif qed jivżolġi d-dibattitu nazzjonali dwar id-divorzju fejn jidħlu dawk id-divorzji miksuba minn qrati barranin u kif dawn jiġu rikonoxuti mill-qrati ta' Malta, kif fuq kollox iseħħ normalment dwar deċiżjonijiet fuq suġġetti oħra. Filwaqt li l-grupp "Le B'Rispett Lejn il-Ġejjieni" sa min dejjem għaraf, kontra kif kien skorretament rapportat min uħud, li deċiżjonijiet tal-qrati barranin fejn jidħol id-divorzju huma rikonoxuti mill-qrati Maltin dan bl-ebda mod ma jgħati lok li wieħed jibanalizza s-sitwazzjoni billi fid-dibattitu delikat preżenti wieħed ippinġi xena fejn li tikseb tali divorzju hija sempliċiment proċess tant sempliċi li wieħed jista' jagħmlu min fuq l-internet. Il-grupp "Le B'Rispett Lejn Il-Ġejjieni" jemmen li din it-tip ta' deskrizzjoni ma tgħatix xena veritiera dwar is-sitwazzjoni.
Il-Grupp "Le B'Rispett Lejn Il-Ġejjieni" jemmen li deċizjonijiet ta' qrati barranin filwaqt li għandhom jiġu rikonoxxuti m'għandhomx jiġu użati għal skopijiet ta' kampanja. Ir-realta hi li sabiex wieħed jikseb divorzju min barra jeħtieġ li jew ikun ċittadin ta' dak il-pajjiz, jew il-partner ikun ċittadin ta' dak il-pajjiz jew ikun kiseb id-domiċilju ta' dak il-pajjiz. Għalhekk ma jagħmel ebda sens li wieħed jargumenta li s-sitwazzjoni toħloq xi forma ta' diskriminazzjoni għaliex fir-realta dan it-tip ta' divorzju huwa divorzju għal min għandu konessjoni ma barra.
Il-Grupp "Le B'Rispett Lejn Il-Ġejjieni" ma jaqbilx l-anqas mal-argument li s-sitwazzjoni fil-preżent tgħati lok ta' vantaġġ għal dawk li għandhom stabilita finanzjarja u dan għaliex l-introduzzjoni tad-divorzju xorta ġġib magħha faqar ġdid liema faqar ġdid naturalment jaffetwa l-aktar lil dawk li jifilħu l-inqas fis-soċjeta. Il-Grupp "Le B'Rispett Lejn Il-Ġejjieni" jisħaq li l-introduzzjoni tad-divorzju bħala parti mill-liġi ta' Malta twassal sabiex il-familja Maltija tidgħajjef u jinħolqu konsegwenzi negattivi kemm soċjali kif ukoll ekonimiċi.
Finalment Il-Grupp "Le B"Rispett Lejn Il-Ġejjieni" jappella għal dibattitu bilanċjat mibni fuq il-fatti u mhux fuq gimmicks li ma jservu għall-ebda skop ħlief li jdgħajfu l-kredibilita tad-dibattitu. Il-Grupp "Le B'Rispett Lejn Il-Ġejjieni" jinstab sodisfatt bill-mod kif il-maġġoranza tal-media Maltija laqat it-twaqqif ta' dan il-grupp għalkemm huwa ta' tħassib ferm li sezzjoni mill-media Maltija li tisħaq li hija indipendenti għażlet li tinjora dan il-grupp daqs li kieku qatt ma ġara xejn.

No comments:
Post a Comment