Il-għaqda ‘LE b’Rispett Lejn il-Ġejjieni’ qed jitwaqqaf minn grupp ta’ żgħażagħ: ġuvintur u tfajliet, ħaddiema u studenti minn kull sfera tas-soċjeta’ Maltija, bil-għan li jitwassal quddiem l-elettorat Malti wiċċ realistiku tad-diversita’ żgħażugħa fil-pajjiz li qed jipproponu li f’Malta ma tidħolx il-ligi tad-divorzju.

Din id-deċiżjoni trid tittieħed, għalhekk huwa importanti li dawk iż-żgħażagħ kollha li fil-fond ta’qalbhom jaħsbuha bħalna, nhar it-28 ta’ Mejju joħorġu jivvutaw u jivvutaw LE.

Il-motivazzjonijiet individwali li wasluna biex nieħdu dan il-pass, li nitkellmu u nsemmgħu leħinnha, huma imsejsa fuq l-effetti Ekonomiċi, Soċjali u Legali li jinħolqu hekk kif id-divorzju ssir ligi.

Thursday, May 26, 2011

Nivvutaw Favur Is-Soċjeta

Tul dawn l-aħħar ħmistax il-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” pprova jwassal messaġġ ċar, messaġġ li dak li ser nivvotaw fuqu nhar is-Sibt huwa ta’ importanza kbira għal futur tagħna lkoll, speċjalment tagħna ż-żgħażagh li għadna ha nibdew nibnu familja. Ir-referendum ta’ nhar is-Sibt mhuwiex vot dwar id-divorzju in vacuum imma vot dwar proposta speċifika. Huwa vot li jekk fih ngħidu iva nkunu qed ngħidu iva għall-liġi speċifika; liġi li sfortunatament hija mimlija difetti li ser iwasslu sabiex aħna lkoll bħala soċjeta nmorru lura. Il-kwistjoni tad-divorzju m’għandiex tkun waħda tal-maġġoranza kontra l-minoranza. Il-kwistjoni tad-divorzju għandha tkun kwistjoni tagħna lkoll flimkien bħala soċjeta waħda.

Kullħadd jaqbel li l-aqwa sitwazzjoni għall-familji tagħna hija sitwazzjoni fejn il-familja tkompli tisaħħaħ. Il-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” ma jistax jara kif dan huwa possibli b’liġi li tintroduċi divorzju unilaterali u bla tort fejn il-commitment taż-żwieġ jiġi mmermer għall-kollox.

Il-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” jappella liż-żgħażagħ sabiex il-vot tagħhom ikun vot favur is-soċjeta, vot li jmur lill’hinn mill-interessi personali iżda jkun msejjes fuq l-aħjar ġid tagħna lkoll bħala soċjeta. Finalment l-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” japella sabiex ħadd ma’ juża ebda tatika ta’ intimidazzjoni u jħalli lill-kullħadd fil-liberta’ tiegħu sabiex jesprimi l-veduti tiegħu u jivvota b’mod liberu u ħieles nhar is-Sibt li ġej.

Il-grupp “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” jixtieq ukoll jieħu din l-opportunita’ sabiex jirringrazzja lill-għaqda Stand Up tad-dibattitu li sar il-bieraħ f’Marsascala bejn il-kelliema ta’ “Le B’Rispett Lejn il-Ġejjieni” u Stand Up.

No comments:

Post a Comment